DISMAS – about

Dismas – il-Ħalliel tal-Ġenna huwa dramm originali għal żmien il-Ġimgħa Mqaddsa fuq kitba ta’ Jeffrey Scicluna li se jigi mtella’ mill-grupp SKENE ġewwa t-Teatru Metanoia Luqa. DISMAS huwa dramm tradizzjonali bid-differenza li l-protagonista ta’ l-istorja m’hu ħadd ħlief Dismas inniffsu. L-istorja hija mibnija fuqu u fuq il-ħajja tiegħu flimkien mal-familja u l-ħbieb tiegħu. Ma jonqosx ukoll li jidħlu xi karattri oħra, fosthom Kristu u oħrajn li naraw is-soltu. Pero’ nistħajjilkom tistaqsu, min hu u għaliex Dismas?

Għal min ma jafx min hu Dismas – Dismas huwa dak il-karattru li aħna nafuh bħala l-ħalliel ‘it-tajjeb’! Bħal ma jaf kulħadd, ma jeżistux ħallelin tajbin għax wara kollox il-ħalliel jiġi biex jisraq u jaħsad lil kull min jidħol fuqu. Pero’ din l-istorja hija mibnija fuq sitwazzjonijiet differenti li kull wieħed u waħda minna jiltaqa’ magħhom fil-ħajja. Jeżistu nies fil-ħajja ta’ kuljum li għalkemm għandhom reputazzjoni ħażina fis-soċjeta’, xorta waħda għandhom dik ix-xi ħaġa fihom li hija pożittiva u tajba u li n-nies ftit li xejn ikunu jafu dwarha jew inkella ma tantx jimpurtahom. Dismas huwa mdawwar minn karattri differenti li joħolqu katina ta’ ġrajjiet li twasslu sabiex jispiċċa mdendel fuq salib – bħal u ħdejn Kristu nniffsu. Għalkemm l-istorja ta’ Dismas hija fittizja u mibnija fuq sensiela ta’ ġrajjiet li setgħu ma ġrawx fil-verita’, jibqa’ l-fatt li kull wieħed u waħda minna tista’ tidentifika mal-karattri li ser niltaqgħu magħhom. Fil-verita’ kulħadd jista’ jkun Dismas, Gestas, Eliana, Efrat, Malkiel, Ġuda, il-Qassisin il-Kbar, Erodi, Pilatu u karattri oħrajn li preżenti f’din il-ġrajja.
Fost il-karattri prinċipali, nsibu lil Neville Refalo, Pamela Schembri, Julie Pomorski, Klinsmann Spiteri, Andrew Cutajar, Chris Penza, Charles Galea, Ian Fenech, Joseph Fenech, Brian Farrugia, Robert Cropp, Bernice Camilleri, Anthony Cini u flimkien ma’ oħrajn se jżewwqu l-ġrajja ta’ Dismas kif mixtieq.

Id-direzzjoni hija ta’ Jeffrey Scicluna megħjun minn Mandy Muscat u Marvic Okoh. Il-booking huwa miftuħ u tistgħu iċċemplu fuq 2180 6712 (bejn is-7 u d-9 ta’ filghaxija jew fuq it-ticket hotline, 79792424. Għal aktar informazzjoni wieħed jista’ jżur is-sit elettroniku www.skenemalta.com jew il-paġna tal-Facebook Skene Luqa.
Nissuġġerilkom biex ma titilfuhx!

Comments are closed.