Tislima lil Raymond Darmanin

“Tears in Heaven”, diska li kull meta nisimgħuha niftakru fik.  Illum aktar u aktar f’din il-ġurnata ta’ dieqa u qsim il-qalb għal kulħadd.  Aħna ninsabu ċerti li kieku tista tkellimna ma tridx la tarana nibku u wisq anqas f’luttu u huwa għalhekk li f’din il-kitba rridu niftakru fil-pożittiv li ħallejt warajk iktar milli fid-dwejjaq li l-mewt tiegħek ġabet u ser tibqa’ ġġib.  Għax ejja ngħiduha kif inhi Mezzi, ha nimmisjawk ħafna.

Il-mixja tagħna miegħek bdiet propjament f’dan il-post.  Il-palk li kien dejjem iċ-ċentru ta’ ħajtek.  Bosta minn dawk li hawn illum ilqajthom f’dan il-post, emmint fihom, rawwimthom u tajthom opportunitajiet li sawwruhom f’dak li huma llum.  Ħafna minna ma kinux jasal fejn waslu li kieku ma kienx għalik u dan żgur li se nibqgħu nafuhulek għomorna kollu.  Inti, permezz ta’ Skene, għint biex ikunu mkattra bosta talenti pero dejjem bqajt saqajk mal-art u qatt ma tkabbart.  Anzi kont tkun kburi meta tarana nagħmlu xi ħaġa akbar, lil hinn mill-palk ta’ Skene.  Dejjem kont tkun lest tikkritika fejn taħseb li seta’ jkun irranġat.

Ħadd minna qatt ma ltaqa’ ma’ persuna determinata daqshekk.  Uħud kienu jagħtuha t-titlu ta’ ras iebsa, għalina kienet karatteristika ta’ min jammiraha.  Jekk il-Mezzi jgħidlek ħa nagħmluha, b’xi mod kienet issir.  Anke jekk ħafna drabi jispiċċa jqatta’ ħafna ħin aktar iċ-ċentru, ‘l bogħod mill-familja, biex ssir.  Kont tagħti sostenn mija fil-mija lil kull min ġie juża s-servizzi tas-sala Metanoia.  Anke jekk uħud minna ma kienux jaqblu.  Imma int hekk kont, tara li taqdi u tgħin lil dak li jkun.

Minbarra d-determinazzjoni, l-impenn tiegħek f’dak kollu li tagħmel kien wieħed kbir. Nistqarru miegħek Mezzi, taf kemm kont iġġiegħlna ngħidu ereżijiet meta kont tiġi ftit ġimgħat qabel il-varjeta b’ruxmata sketches u tgħidilna ejja ħa nagħżluhom.  Wara li konna nisimgħuhom kollha konna nnaqsuhom għal xi 20.   L-isketches kont tkun ilek iġġemmagħhom żmien u wara dak ix-xogħol kollu, ma kienx jagħtina d-demm biex ma ngħinukx anke meta ħafna minna kienu jkunu mgħarrqa fix-xogħol, ħalli ntellgħu varjeta’ oħra tajba.  Jew meta kont iċċempel lil xi wħud għal xi parti fid-dramm.  Kif stajna ngħidulek le? Dejjem kien jirnexxielek tikkonvinċi lil dak li jkun u wara ħadd ma kien jiddispjaċih.

L-impenn tiegħek deher fiċ-ċar dak inhar li tellajna Karmena Abdilla.  Int kont milwi fi tnejn bl-uġiegħ pero ma ridtx li tgħarraq il-kummiedja.  Ġejt xorta u tajt il-mija fil-mija.  Qatt ma fittixt l-interessi tiegħek imma tal-għaqda.  Kien xokk meta fis-sena 2001, l-patri ddeċieda li ma jagħtikx il-parti ta’ Ġesu fid-dramm tal-Ġimgħa l-Kbira.  Ħafna ħasbu ….. Kif ser infehmuh lil Mezzi li wara bosta żmien mhux ser jagħmel dik il-parti? Madanakollu wara li sirt taf, int dħalt għall-impenn ta’ Ġwanni fi SkondSanĠwann kif ngħidu bl-ingliż head on …. u ħriġt bl-unuri.

Is-sena li għaddiet anke meta kont taf li kienet ħakmitek il-marda kont diġa qed taħseb biex intellgħu varjeta’ oħra.  ‘La nkun ok nagħmlu varjeta kollha sketches’ kont tgħidilna.  Varjeta li b’dispjaċir ma waslet qatt.

Kemm memorji tiegħek għandna f’dan il-post:

Kafe qawwi bi tnejn zokkor ġo tazza żgħira kont tkun trid,

Il-kelma fruha ….. Kelma li kont tbati biex tgħidha imma xorta kont tagħmel effort

Il-vleġġeġ li juru d-direzzjoni lejn Skene li dejjem xtaqt li jkollna u li ma waslu qatt

Il-miljun sett ta’ bozoz li kont tixtri qabel kull varjeta’ tal-Milied

Kemm kont tgerger fuq il-Milan u l-players li kienu jilagħbu ħażin.  Nsomma l-futbol kollu kien jinteressak.

Il-waqa’ li kellek fix-xaft…. Kont għidtilna ngħoddha b’waħda din.

L-films li kont tħobb tara u tissuġerixxilna li naraw.

Ftit mill-memorji li ma ninsew qatt

Għalkemm konna qed nistennewha, l-mewt tiegħek xorta ħasditna.  It-tama li nerġgħu narawk hawn kienet kbira wisq.  Illum Skene ma tilfitx biss wieħed mill-membri. Tilfet mexxej, ħabib u missier.  Raġel li ma ninsew qatt.

Sakemm nerġgħu niltaqgħu Mezzi,

Translated to English

“Tears in Heaven”, the song that will always remind us of you. Today more than any day; a day of mourning for us all. We are more than sure that if you had to talk to us, you would ask us to stop being sad about your loss. And so with these few lines, we would like to remember all the positive vibes you left us. We cannot deny that every stone, every costume every set will remind us of you Mezzi, and we will surely miss you.
We got to know you exactly in this place. The stage was always the centre of your life. You believed in each and every one of us, and gave us opportunities that made us who we are today. Most of us wouldn’t have made it had it not been for you and for this we owe you heaps. Through Skene, you have helped many talents to mature. You were always down to earth and wished us well from the bottom of your heart. You were always proud of each and every one of us when we were offered to be part of any other production away from the humble stage of Teatru Metanoia. You were always there to provide us with constructive criticism as long as you see us succeed.
No one has ever met a person as determined as you. Some might have called you hard headed. We considered that as a characteristic to admire and look up to because if Ray said we would do it, it would have been done! Your hard work and determination to finish what you promised meant that many times you had to be away from your family. You were always ready to support all those who made use of Teatru Metanoia even if sometimes others were against that. You always went head over heels to help as long as the final product was better.
Many a times you got us all worked up, especially during the variety shows when you used to have hundreds of sketches for us to choose from. Patiently we always listened to them and managed to get them down to a more decent number. No one ever dared to say no to you because your way of doing had us all giving our best to help. No one has ever said no to you when it came to studying a part for a play. And no one has ever felt sorry afterwards. It was all worthwhile.
Your hard work and determination reached its peak during Karmena Abdilla. You were in excruciating pain but you didn’t want to give up. You still gave your hundred per cent. It was a great shock for us all when in the year 2001, Patri Gwann decided not to give you the part of Jesus in the Good Friday play. Many were worried on how you would take since you had been playing that part for some time. How were we to explain that to you? But you were more than willing to try something new and performed the part of John in SkondSanĠwann (According to St.John) with flying colours.
Last year even if the horrid illness had taken the best of you, you were still thinking about Skene. “When I will be fine, we will do a variety show full of sketches” will always be a statement that we will remember. A variety show that unfortunately will never materialise.
How many memories of you at our beloved Skene…
A strong coffee with two sugar in a small glass…
The word “fruha”….. A word you always had trouble pronouncing but always made an effort to!
The traffic directions leading towards Skene that you always wanted us to have.
The million and one bulbs you always bought before the Christmas Variety show.
The many times you complained about your team Milan and how badly the players were playing. And football in general too, since you were always a fan.
The day you fell down from the shaft…. You always said that your mission was not complete since you only dislocated your shoulder.
The many films you used to watch and encouraged us to watch too.
These were but a few memories that we will never forget. Even if we were expecting your demise, it shocked us. The hope that we will one day have you amongst us again was too big. Today Skene lost not only one of its members but a leader, a friend and a father… a man that we will never forget. Until we meet again Mezzi.

Comments are closed.