Archive for November, 2017

MISTER SCROOGE – about

Posted on November 3rd, 2017 with Comments Off on MISTER SCROOGE – about

Il-musical MISTER SCROOGE, li ser ikun mtellgha minn Skene fit-12 u 13 ta’ Diċembru, huwa msejjes fuq ir-rumanz ta’ Charles Dickens “A Christmas Carol”. Storja li għadha tgħodd għal-lum ukoll, fejn tispikka d-differenza kbira bejn min hu sinjur u min hu fqir.

MISTER SCROOGE, huwa raġel xħiħ li xogħlu kien li jsellef il-flus. Kien bniedem bla skrupli, moħħu biss biex jisloħ lill-proxxmu. Ħniena ma’ ħadd. Filwaqt li żmien il-Milied kien iġib sens ta’ karita ma’ min hu fil-bżonn, għalih il-Milied ma kien jiswa xejn, u agħar minn hekk kien iqis il-Milied bħala ġurnata li fiha l-impjegat tiegħu Bob Cratchet seta’ jieħu ġurnata ta’ mistrieħ u jitħallas tagħha minn fuq dahru.

F’lejlet il-Milied jidhirlu l-ispirtu ta’ Jacob Marley, l-eks sieħeb tiegħu fin-negozju, li kien miet seba’ snin qabel. Wissieh li se jidhrulu tliet spirti oħra sabiex juruh il-ħajja li kien qiegħed jgħix, u li bl-attitudni tiegħu kien qiegħed iġib ħafna miżerja fuq l-oħrajn. Ma’ kull spirtu MISTER SCROOGE jara l-passat, il-preżent, u x’kien se jkun il-futur tiegħu.
Continue Reading →